Massaġġi tal-qorriegħa Scalp massage

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal MASSAĠĠI TAL-QORRIEGĦA għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal QORRIEGĦA. Id waħda tieħu l-forma ta’ ponn bil-pala tħares ’il barra. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ 5 li titgħawweg biex timxi fuq il-ponn il-wieqaf min-naħa ta’ barra għal ġewwa lejn il-polz. (ii) Imbagħad, l-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 milwija ftit ’il bogħod minn xulxin. Il-ponot tas-swaba’ jiltaqgħu u jerġgħu jinfirdu waqt li l-idejn jersqu iktar qrib xulxin imbagħad jerġgħu jitbiegħdu.

The sign for SCALP MASSAGE has two parts. (i) First the sign for SCALP is made. One hand takes the shape of a fist with palm facing outwards. The other hand takes the shape of 5 which bends to move over the stationary fist from the outer side towards the wrist. (ii) Then the hands take the shape of slightly bent 5 a little away from each other. The fingertips meet and then separate whilst the hands move closer then move away again.